Huwa Fl-Interess Nazzjonali Li Jkunu Ppubblikati L-Inkjesti Dwar Allegat Ħasil Ta’ Flus Minn Keith Schembri – L-Eks-PM Joseph Muscat

 Huwa Fl-Interess Nazzjonali Li Jkunu Ppubblikati L-Inkjesti Dwar Allegat Ħasil Ta’ Flus Minn Keith Schembri – L-Eks-PM Joseph Muscat

Waqt li kien qed jieħu sehem fil-programm ‘L-Erbgħa fost il-Ġimgħa’ ilbieraħ fuq l-istazzjon Nazzjonali, l-eks-Prim Ministru Joseph Muscat tenna li huwa fl-interess Nazzjonali li jkunu ppubblikati tal-inqas il-konklużjonijiet tal-inkjesti li sar dwar allegat ħasil ta’ flus minn Keith Schembri, l-eks-Chief of Staff tiegħu.

B’rabta ma’ dan u r-rivelazzjonijiet tal-Panama Papers l-eks-Prim Ministru u l-eks-Mexxej tal-Partit Laburista kien mistoqsi jekk iħossux li kien tradut b’Dr Muscat iwieġeb li huwa jħalli l-ġudizzju fuq dan u fuqu bħala Prim Ministru lill-istorja li trid tinkiteb wara li jkunu spiċċaw is-sentimenti u l-emozzjonijiet.

Dr Muscat wieġeb bosta mistoqsijiet anke marbuta mal-inkjesta li kien ordna li ssir huwa stess, dik ta’ Egrant u tenna li sal-lum ma ttieħdu l-ebda passi li ordna li għandhom jittieħdu l-Maġistrat fil-konklużjoniijet tal-inkjesta. Huwa semma dan il-punt anke biex jisħaq kemm huwa ma kienx jindaħal xejn fix-xogħol li kienu jagħmlu l-Pulizija.

Dwar il-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia Joseph Muscat stqarr li huwa mhux biss ma kellux x’jaqsam, mhux biss qatt ma ħeba u filfatt il-Pulizija qatt ma qalet li kien hemm min prova jaħbi xi ħaġa waqt l-investigazzjoni, iżda huwa għamel min kollox biex dan il-każ jissolva fosthom bl-għajnuna tal-Istati Uniti u l-esperti mill-Olanda. Kieku ma rridx li ssir ġustizzja taħseb li kont neqleb wiċċ id-dinja? stqasa l-eks-Prim Ministru.

Waqt il-programm ġew diskussa wkoll temi bħal Covid-19 u stqarr li l-Gvern u l-Prim Ministru Robert Abela mxew tajjeb tul il-pandemija filwaqt li sostna li kull pajjiż fid-dinja ħa xi żball jew ieħor f’ċirkustanza fejn ma kien hemm l-ebda manwal kif għandek timxi. Fuq l-istess tema Dr Muscat stqarr kemm huwa importanti li jibqa’ jkunu miftuħa il-klassijiet.

Joseph Muscat qed ibassar li għat-tieni nofs tas-sena d-dieħla l-affarijiet ikunu jistgħu jerġgħu jibdew lura għan-normal filwaqt li sostna li għandha tiġi min-nies li jieħdu ħsieb ukoll.

Mistoqsi dwar l-abort Dr Muscat sqtarr li għalkemm huwa kontra llum il-ġurnata l-ħsieb evolva talli li l-opinjoni tiegħu żviluppat biex qed jaħseb li għandha tkun il-mara li tiddeċiedi x’tagħmel bit-tarbija tagħha. Dwar dan is-suġġett qal li hemm bżonn diskussjoni wiesgħa.

Joseph Muscat semma wkoll, wara mistoqsija li kien profetiku dwar x’se jiġri lil Adrian Delia, li issa jmiss lil Bernard Grech jekk dan tal-aħħar jipprova jagħti l-impressjoni li qed jinqata’ mill-klikka żgħira li tmexxi lil Partit Nazzjonalista.

Ritratt: Clint Gerald/ L-Erbgħa Fost Il-Ġimgħa

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com