Ibiegħu D-Droga Ħdejn Il-Junior College…
Nemmiesa minn tagħna nnutat azzjoni stramba eżatt quddiem il-binja tal-Junior College fejn karozza bajda b’number plate tal-kiri waqfet u dlonk dehret mara tersaq mgħaġġla lejn din il-karozza.
Fl-aġitazzjoni li kienet tefgħetlu l-flus f’ħoġru u f’idha ħadet dik li hija suspettata droga. Ir-raġel ma refax rasu minn fuq ħoġru, qaltilna l-persuna anonima. Il-mara telqet lura b’pass mgħaġġel u tħares l’hinn u l’hawn ħalli tara ntelmħitx.
Tajjeb li noħolqu kuxjenza… mhux biex tinqabad il-vittma u ssir festa biha, imma biex inżidu l-għarfien kontra l-użu tad-droga filwaqt li noffru l-għajnuna meħtieġa.
Jekk int qatt ma missejt ma’ droga, tippruvax… Għadek ma tafx f’liema sqaq tidħol!
Ritratt: https://kundana.com.na/ (Dan ir-ritratt m’għandhux x’jaqsam mal-każ irrakuntat lilna. Intuża biss biex jispjega.)