“Iddiżappuntata B’Nisa Jitlajjaw Għall-Prostituzzjoni F’San Pawl Il-Baħar” – Residenta
Residenta f’San Pawl il-Baħar esprimiet id-diżappunt tagħha wara li numru ta’ nisa bdew jitlajjaw għall-prostituzzjoni fit-toroq ta’ San Pawl il-Baħar.
Spjegat kif dan ġara mhux darba biss iżda minn tal-inqas rathom tliet darbiet bin-nisa stess jitlajjaw u jwaqqfu l-irġiel li jkunu mexjin fit-triq kif ukoll karozzi u jofrulhom is-servizzi tagħhom.
Qalet kif ma tistax tifhem kif affarijiet bħal dawn għadhom isiru fil-beraħ.
Kienu numru ta’ persuni li kkummentawlha u qalulha li anke huma ġieli ltaqgħu mal-istess grupp u ġieli jistaqsu għal żewġ ewro jew sigarett.
Oħrajn ħeġġewha biex tirrapporta meta tarahom jagħmlu dan, hekk kif l-itlajjar għall-prostituzzjoni huwa llegali.
Uħud ikkummentaw kif il-prostituzzjoni għandu jiġi rregolat u legalizzat biex affarijiet bħal dawn jonqsu u saħansitra jisfaxxew fix-xejn hekk kif ikun hemm linja gwida ta’ kif għandhom ikunu l-affarijiet.