Il-Budget 2021 Dirett Fuq Stradarjali.com

Stennija għall-Budget hekk kif illejla l-Ministru tal-Finanzi Edward Scicluna fil-Parlament jippreżenta l-Budget 2021 li huwa r-raba’ Budget tal-Gvern f’din il-leġislatura. Dan se jkun ukoll l-ewwel Budget taħt it-tmexxija tal-Prim Ministru Robert Abela.
Il-budget għandu t-tema Maltin b’Saħħitna ’l Quddiem.
Fis-6.30 p.m. Stradarjali.com se jkun qiegħed ixandar b’mod dirett id-diskors tal-Budget li matulu l-Gvern hu mistenni li jħabbar miżuri biex f’dan iż-żmien ta’ pandemija jkompli jgħin lill-familja u n-negozji.
Dan is-sit se jkun qiegħed jagħti wkoll elenku fid-dettall tal-miżuri li se jitħabbru fil-Budget.
Ritratt: Facebook/ MaltaGov