“Il-Funeral Tal-Għażiż Tagħna Damien Se Jsir Il-Ħamis… Ilbsu Abjad Bl-Iswed” – Oħt Damien
Il-funeral taż-żagħżugħ Damien Ellul se jkun qed isir il-Ħamis 8 ta’ Ottubru fil-Knisja Parrokkjali tal-Mellieħa.
Ħabbret dan oħtu Sasha f’messaġġ fuq Facebook fejn appellat lil dawk li se jkunu qed jattendu biex jilbsu lbies abjad bl-iswed għall-funeral. Il-funeral se jkun qed isir fit-3:30 ta’ wara nofsinhar.
Damien Ellul ta’ 22 sena miet ħabta u sabta ftit tal-jiem ilu, proprju tliet ġimgħat wara li kien għadu kif miet missieru wkoll ħabta u sabta.
Kienu bosta li kienu xxukjati bl-aħbar tal-mewt ta’ dan iż-żagħżugħ, fosthom il-kollegi tiegħu li ftit qabel kienu għadu kif sellmu lil xulxin wara jum ta’ ħidma.