Il-Gvern Jifraħ Lil Mons. Mario Grech Li Se Jkun Kardinal

 Il-Gvern Jifraħ Lil Mons. Mario Grech Li Se Jkun Kardinal

Il-Prim Ministru Robert Abela u l-gvern ferħu lil Mons. Mario Grech li llum sar magħruf mill-Qdusija Tiegħu l-Papa Franġisku li se jkun kreat kardinal bil-vot nhar it-28 ta’ Novembru li ġej, flimkien ma’ 12 oħra.

Fi stqarrija ntqal kif din il-ħatra tfisser li issa se jkun hemm it-tielet Malti li se jinħatar kardinal fl-istorja ta’ pajjiżna. Dan żgur huwa ta’ unur u privileġġ għal Mons. Grech iżda wkoll ta’ unur għal Malta u għal Għawdex kollu kemm hu.

Huwa se jkun l-ewwel Għawdxi li se jiġi maħtur kardinal.

Mons. Grech diġà kien ingħata rwol importanti mill-Papa Franġisku bħala s-Segretarju Ġenerali tas-Sinodu tal-Isqfijiet wara li kien serva ta’ Isqof ta’ Għawdex.

Mons. Grech huwa magħruf għall-mod kif waqt id-diskorsi li kien jagħmel kien isemmi ħafna temi soċjali u kien jagħmel argumenti b’saħħithom ħafna favur it-tisħiħ tas-soċjetà tagħna.

Il-Prim Ministru Robert Abela u l-gvern jifirħu ma’ Mons. Grech għal din il-ħatra tant prestiġjuża.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com