Il-Kunsill Tal-Fgura B’Pariri Legali Dwar It-Twaqqigħ Tal-Eqdem Binja Fil-Lokalitá
Dan wara li jumejn ilu t-Tribunal ta’ Reviżjoni tal-Ambjent u l-Ippjanar ikkonferma permess maħruġ mill-Awtorità tal-Ippjanar biex din il-binja titwaqqa’.
Fost bosta li ħarġu jgħidu li jagħtu l-appoġġ tagħhom lill-Kunsill Lokali, hemm Dr. Chris Fearne li fi tweet qal li jaqbel 100% mad-deċiżjoni li ħa l-Kunsill Lokali u li hu joffri l-appoġġ tiegħu.
Naqbel 100% – Il-Kunsill tal-#Fgura għandu l-appoġġ totali tiegħi. https://t.co/tiDqHQLoiu
— Chris Fearne (@chrisfearne) October 31, 2020
Din il-binja kienet proprjetà tal-familja Ficura, li minnha huwa maħsub li l-Fgura ħa ismu, u tmur lura għal żmienijiet medjevali.
Is-Sindku Pierre Dalli qal kif il-Kunsill Lokali ilu madwar 25 sena jipproteġġi dan ir-rażżett milli jitwaqqa’ u jisfa vittma tal-iżvilupp hekk kif dan ġie skedat b’protezzjoni ta’ Grad 3 lura fl-1995. Qal kif sfortunatament dan l-iskedar kien tneħħa proprju sena ilu u kif mhux l-ewwel darba li sar tentattiv biex din il-binja titwaqqa’.
Qal kif il-Kunsill Lokali qed jagħmel dan fl-interess tal-lokalitá, tar-residenti u kif ukoll tal-ġenerazzjonijiet futuri.