Installazzjoni Ta’ Pannelli Solari Mingħajr Ħlas Għal 48 Għaqda Mhux Governattiva

 Installazzjoni Ta’ Pannelli Solari Mingħajr Ħlas Għal 48 Għaqda Mhux Governattiva

48 għaqda mhux governattiva ser ikunu qed igawdu minn skema ta’ installazzjoni ta’ pannelli solari mingħajr ħlas.

Ħabbar dan il-Ministru għall-Enerġija Michael Farrugia waqt żjara fil-każin tas-Soċjetá Mużikali Peace fin-Naxxar, proprju wieħed mill-postijiet li fih bdew jiġu installati l-pannelli.

Farrugia spjega kif permezz ta’ dan il-proġett dawn l-għaqdiet se jkunu jistgħu jiġġeneraw arja nadifa u saħansitra jiffrankaw fil-kontijiet tad-dawl.

Kull għaqda se tkun qed tgawdi minn 12 sa 24 pannella fejn permezz tagħhom l-għaqdiet se jkunu qed jgħinu lis-soċjetá billi jiġġeneraw elettriku minn sors nadif.

Għall-aħħar skema li għadha kif ingħalqet, 22 għaqda mhux governattiva applikaw għal din l-iskema fejn dawn se jiġu evalwati kif sippost.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com