Il-Ministru Evarist Bartolo Jgħid Li Mhux Vera Li Hu Pożittiv Għall-Covid-19

 Il-Ministru Evarist  Bartolo Jgħid Li Mhux Vera Li Hu Pożittiv Għall-Covid-19

F’messaġġ li tella’ kmieni l-Ġimgħa filgħodu, il-Ministru Evarist Bartolo ċaħad kull tip ta’ għidut li hu huwa pożittiv għall-Covid-19.

Fil-messaġġ tiegħu hu spjega kif irċieva numru kbir ta’ telefonati u kif ukoll messaġġi dwar jekk għandux il-Covid-19, iżda qal kif “le. m’għandix.”

Qal kif hu jmur ta’ spiss jagħmel it-test u ta’ kull darba, dan joħroġ negattiv.

Sostna li x-xniegħa li hu għandu l-Covid-19 inxterdet għax il-Ministru tal-Affarijiet Barranin tal-Belġju, Sophie Wilmes, ittestjat  pożittiv u saħansitra ddaħlet għall-kura intensiva l-isptar.

Spjega kif hu kien fl-istess laqgħa ma’ Wilmes għal-laqgħa tal-Ministri Ewropej fit-12 ta’ Ottubru, u kawża ta’ hekk kien hemm minn xerred l-aħbar falza li Bartolo għandu l-Covid-19 ukoll. Fil-fatt, Wilmes ħadet il-Covid 5 t’ijiem wara l-laqgħa.

Bartolo qal kif fl-istess laqgħa nżammet  id-distanza soċjali u kif ukoll kienu lebsin il-maskri, b’hekk il-prekwazzjonijiet neċessarji kollha ttieħdu, madankollu qal li hu dejjem jagħmel ħiltu biex isegwi kull linja gwida mogħtija u għalekk ta’ spiss jagħmel it-test swab.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com