Il-PM Abela F’Laqgħa Virtwali Mal-Mexxejja Ewropej Dwar il-Covid

F’laqgħa virtwali bejn il-membri tal-Kunsill Ewropew, il-Prim Ministru Robert Abela, flimkien mal-mexxejja Ewropej, qed jiddiskuti t-tema tal-Covid-19 u l-ħtieġa ta’ kollaborazzjoni u ta’ koordinament bejn l-istati membri tal-Unjoni Ewropea.
Waqt din il-laqgħa mistennija jqumu diskussjonijiet b’rabta mar-rapid testing u kif dawn għandhom jibdew jiġu rikonoxxuti mill-istati membri kollha, il-vaċċin u l-ħtieġa li jkunu indirizzati l-isfidi loġistiċi biex dan jitqassam u anke l-assistenza li hemm bżonn tingħata lil dawk il-pajjiżi membri li s-sistema tas-saħħa mhux qed tlaħħaq mal-każijiet li qed jitfaċċaw.