Il-PN B’Maratona Ġbir Ta’ Fondi… S’Issa Jinġabru €82,000
Illum il-Partit Nazzjonalista organizza maratona ġbir ta’ fondi b’risq il-PN, bil-maratona bdiet proprju fl-16:00 u se tibqa’ għaddejja sal-13:00 tal-lejla.
S’issa, f’madwar tliet sigħat u nofs, inġabru madwar €82,000 f’donazzjonijiet.
Waqt il-maratona ġbir ta’ fondi, il-Kap il-ġdid tal-Partit Nazzjonalista, Bernard Grech, iddiskuta bosta’ suġġetti fosthom wieġeb għal mistoqsijiet ta’ numru ta’ żgħażagħ fosthom l-ambjent u t-traffiku.
Fost it-tweġibiet, Grech spjega kif l-ambjent hu wisq għal qalbu u li jrid li mhux biss l-ambjent biss tan-natura iżda anke l-ambjent dak misjub fid-dar.
It-tema tal-Maratona hi “Ningħaqdu, niġġeddu u nirnexxu” , bl-iskop tagħha hu li tkompli tissaħħaħ il-ħidma tal-Partit Nazzjonalista.