Il-PN Jitlob Li Terġa’ Tiġi Dikjarata Emerġenza Nazzjonali

 Il-PN Jitlob Li Terġa’ Tiġi Dikjarata Emerġenza Nazzjonali

Il-Partit Nazzjonalista qal li ż-żmien tad-deċiżjonijiet ma jistax jistenna iktar għax pajjiżna għaddej minn diffikultajiet relatati mal-pandemija Covid-19.

Qalli din hija sfida kbira u serja għall-qasam tas-servizzi tas-saħħa u għalhekk il-Gvern għandu jassigura li s-servizzi u l-kura tas-saħħa f’pajjiżna ma jkunux taħt pressjoni kbira tant li din tikkrolla b’detriment għal ħajjiet tal-morda tagħna u kull min hu fil-bżonn.

Il-Partit Nazzjonalista qal li t-tixrid tal-virus jidher li qed jerfa’ rasu b’100 każ pożittiv illum biss. Bernard Grech qal li dan huwa riżultat dirett tal-politika ta’ Robert Abela li qalilna li l-mewġ qiegħed fil-baħar.

Il-PN sostna li l-Contact tracing qed jitlef l-effiċjenza meħtieġa sabiex it-tixrid ikun kontenut u s-swali li jieħdu ħsieb il-kura intensiva huma mimlijin. Dan kollu qal li qed iwassal messaġġ ċar, bozza ħamra, emerġenza.

Il-Partit Nazzjonalista qal li hu kontra lockdown u għalhekk talab biex mill-aktar fis terġa tiġi dikjarata emerġenza nazzjonali tas-saħħa pubblika biex is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika terġa tingħata l-awtorita’ fuq deċiżjonijiet importanti.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com