Il-Prim Ministru Jgħid Li B’Dan Il-Budget Il-Gvern Wera Kemm Għandu Għal Qalbu N-Nies
F’attivitá politika li ttellgħet fir-Rabat f’Għawdex, il-Prim Ministru Robert Abela qal kif f’dan il-Budget il-Gvern wera kif għandu għal qalbu n-nies. Spjega kif minkejja li kien hemm min qal li dan il-Gvern tilef ir-ruħ soċjali, dan il-budget serva bħala risposta.
Fl-istess waqt hu fakkar kif il-poplu, proprju ħdax-il sena ilu, kellu jerfa’ il-piż tal-pajjiż hekk kif il-pajjiż kien taħt amministrazzjoni differenti, dik Nazzjonalista.
Spjega kif il-miżuri li ħareġ il-Gvern juru kif dan il-Gvern qed jaħseb mhux biss f’dawn il-mumenti, iżda saħansitra għall-futur.
Abela qal kif dan seta’ jkun possibbli grazzi għall-ħidma għaqlija li saret mill-Gvern, mhux biss matul dawn ix-xhur f’ċirkostanzi differneti iżda tul dawn l-aħħar seba’ snin.
Dwar il-pandemija, il-Prim Ministru aċċena l-importanza tad-dixxipplina u kif kull wieħed u waħda minna għandu jimxi id f’id mad-direttivi li jinħarġu mill-Awtoritajiet tas-Saħħa sabiex niżguraw is-sigurtá ta’ kulħadd.