Il-Qabar Ta’ Vittma Tal-Covid-19 Jinfetaħ Biss Wara 10 Snin
Il-qabar ta’ vittma li miet kawża tal-Covid-19 se jkun jista’ jinfetaħ biss wara 10 snin midfun.
Ħabbret dan is-Supretendent tas-Saħħa Pubblila, il-Professur Charmain Gauci, waqt il-bulettin mediku ta’ nhar ta’ Ġimgħa.
Hi fakkret kif proprju ftit tax-xhur ilu l-WHO, l-Għaqda Dinjija Għas-Saħħa, ma kinitx qed tirrakomanda funeral għall-pazjenti li jitilfu ħajjithom kawża tal-virus, fil-fatt kienet qed issir biss difna li għaliha jattendu biss l-aktar qraba viċin tal-istess vittma.
Iżda proprju tul dawn l-aħħar ġimgħat, il-WHO għamlet emenda fil-protokolli u b’hekk issa jista’ jsir ukoll funeral fil-knejjes.
Kienu bosta li laqgħu din l-aħbar b’mod pożittiv hekk kif uħud wrew id-dispjaċir tagħhom kif il-qarib taghħom li tilfu ma ngħatax funeral xieraq u għalekk iħossu li naqsuh minn xi ħaġa li kienet tixraqlu fi tmiem ħajtu.