Il-Qorti Tiddikjara Li Silvio Zammit Sofra Minn Ksur Tad-Drittijiet Fundamentali

 Il-Qorti Tiddikjara Li Silvio Zammit Sofra Minn Ksur Tad-Drittijiet Fundamentali

Dalgħodu, l-Imħallef Lawrence Mintoff b’sentenza tiegħu laqa’ t-talba ta’ Silvio Zammit fejn iddikjara li hu sofra minn ksur tad-drittijiet fundamentali għal smiegħ xieraq fi żmien raġonevoli. Dan hekk kif protett mill-artikolu 39 tal-kostituzzjonu u mill-artikolu 6 tal-Konvenzjoni Ewropea.

Ordna sabiex il-qorti tal-Maġistrati tiddikjara li l-provi tal-prosekuzzjoni fil-kumpilazzjoni fl-ismijiet: il-Pulizija vs Silvio Zammit huma magħluqa u għandha tgħaddi sabiex immedjatament taqra l-artikolu tal-liġi.

Din hija t-tieni darba li ġara hekk fil-konfront ta’ Zammit fejn fl-2018, il-qorti kostituzzjonali kien tah raġun wara li ddikjarat li hu kien sofra lezzjoni tad-drittijiet tiegħu minħabba dewmien ‘da parti’ tal-pulizija fil-proċeduri kriminali.

Għal Zammit deheru l-Avukati Dr. Edward Gatt u Dr. Kris Busietta.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com