Meta Tagħma Tinduna Xi Tlift…

 Meta Tagħma Tinduna Xi Tlift…
Produzzjoni teatrali li se titella’ nhar il-Ġimgħa li ġej 30 t’Ottubru fil-Valletta Campus Theatre. Il-kast huwa magħmul minn atturi neqsin mid-dawl miċ-ċentru SPERO. Isservi bħala tingiża fil-kuxjenza lil dawk li jieħdu l-ħajja qisha mhi xejn u li ma japprezzawx is-sabiħ tagħha.
Din il-produzzjoni se toħroġ il-kuntrast bejn dawk li suppost imexxu ħajja normali u dawk li jaffaċċjaw sfidi sabiex jippruvaw jgħixu ħajja bħal ħaddieħor.
Il-pubbliku huwa mgħarraf li għal din il-produzzjoni, ittieħdu l-miżuri kollha meħtieġa b’relazzjoni mal-pandemija. L-ilbies tal-maskri huwa obbligatorju f’ kull mument. Din hija produzzjoni teatrali b’kollaborazzjoni ma’ Festivals Malta.
Għal aktar informazzjoni żuru www.festivals.mt
Ritratt: Festivals Malta
Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com