Il-WHO Tfaħħar Il-Miżuri Li Qed Jittieħdu F’Malta Dwar Covid-19
Id-Direttur Reġjonali għall-Ewropa tal-Għaqda Dinjija għas-Saħħa, Hans Kluge, faħħar il-miżuri meħuda minn Malta fil-ġlieda kontra l-Covid-19.
Fi tweet ippubblikat ilbieraħ filgħaxija Hans Kluge faħħar lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa, Malti, Chris Fearne.
Kluge kiteb li hekk kif fl-Ewropa kollha qegħdin jiżdiedu l-każijiet tal-Covid-19, hemm bżonn ta’ azzjonijiet deċisivi, fil-ħin u proporzjonati, qal li għaldaqstant jagħti l-appoġġ sħiħ tiegħu lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa, Chris Fearne għaż-żieda fil-miżuri preventivi li ħadet Malta fl-aħħar jiem.
Din mhux l-ewwel darba illi l-WHO faħħret lil Malta għal mod kif qed tiffaċja l-pandemija tal-COVID-19, hekk kif aktar kmieni din is-sena Malta kienet miżmuma bħala eżempju ta’ prattika tajba.