Imut Anzjan Ta’ 91 sena
![Imut Anzjan Ta’ 91 sena](https://stradarjali.com/wp-content/uploads/2020/10/Mater-Dei-ITU-coronavirus-1-850x560.jpg)
Anzjan ta’ 91 sena miet waqt li kien pożittiv bil-Covid-19.
L-anzjan ddaħħal l-isptar Mater Dei fis-16 ta’ Ottubru u kien ikkonfermat pożittiv għall-Covid-19 dakinhar stess. Huwa baqa’ jingħata kura fl-isptar Mater Dei fejn miet aktar kmieni llum.
L-anzjan kien ibati minn mard kroniku ieħor.
Il-Ministeru għas-Saħħa, filwaqt li jagħti l-kondoljanzi lill-familjari tal-anzjan, jappella biex il-poplu jibqa’ jsegwi l-appelli tad-Dipartiment tas-Saħħa, fosthom il-ħasil tal-idejn ta’ spiss, id-distanza fiżika u l-użu tal-maskra kullimkien.