In-Naxxar Jitlef Wieħed Minn Uliedu… Is-Sengħa Tal-Ħaddieda Tkompli Tnin
Dalgħodu n-Naxxar qam imbbikkem hekk kif tilef wieħed minn uliedu. Ilbieraħ tħabbret il-mewt ta’ Mikiel, ħaddied maħbub immens fil-lokalitá.
Kien lura fi Frar li l-paġna The People of Malta intervistat lil Mikiel dwar is-sengħa tal-ħaddied fejn spjega kif hu familtu kienu għadhom jagħmlu xogħol bl-ident, l-antika u bil-forġa.
Sfortunatament din is-sengħa qed tnin bilmod il-mod hekk kif qed tonqos ma’ kull sena li tgħaddi kawża ta’ modi ġodda u teknoloġija li qed toqtol din is-sengħa.
Kondoljanzi lill-familja kollha mingħand Strada Rjali.
Ritratt: The People of Malta