“Infurmati Li Allegatament 2 Membri Tal-istaff Fl-MCAST Ta’ Raħal Ġdid Ittestjaw Pożittivi” – L-UPE
L-UPE (The Union of Professional Educators – Voice of the Workers) kitbet fuq il-paġna ta’ facebook tagħha li kienet infurmata li allegatament 2 membri tal-istaff fl-MCAST ta’ Raħal Ġdid ittestjaw fil-pożittiv għall-Covid-19.
Inkiteb li dalgħodu, persuni rrapurtaw lill-unjin li l-istaff room tad-diviżjoni tal-Inġinerija fi Block N kienet iffumigara u saħqet li l-unjin tinsab iddispjaċuta li l-membri tal-istaff ma ġewx infurmati b’dan l-allegat każ.
L-UPE saħqet li hemm nuqqas ta’ trasparenza f’sitwazzjonijiet simili u li jkomplu joħolqu dubju anke dwar x’se jiġri jekk fil-ġinmgħat li ġejjin ser jinstabu aktar każi.
Ritratt: Camray Company Limited