Ir-Ristoranti Jistgħu Jibqgħu Miftuħa Wara l-11 p.m.

 Ir-Ristoranti Jistgħu Jibqgħu Miftuħa Wara l-11 p.m.

Il-Ġimgħa tħabbru numru ta’ miżuri ġodda bil-għan li kemm jista’ jkun jonqsu l-każi pożittivi ta’ Covid-19 f’Malta u Għawdex li qed ikunu reġistrati ta’ kulljum.

Fost dan il-miżuri kien hemm dik li mit-Tnejn 19 ta’ Ottubru il-bars, snack bars, clubs u kjosks iridu jagħlqu fil-11p.m. u ma’ jiftħux qabel il-5a.m.

Din il-mużura ħafna ħasbu li tapplika wkoll għar-ristoranti, iżda hekk kif ġie ppubblikat l-avviż legali, wieħed jista’ jinnota li r-ristoranti mhux imniżżla fil-lista ta’ stabbilimenti li jridu jagħlqu fil-11p.m. u għaldaqstant dan l-avviż legali ma japplikax għalihom.

Naturalment ir-ristoranti jridu jimxu mal-miżuri l-ohrajn kollha li hemm fis-seħħ.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com