Irreġistrat Aktar Minn 9,000 Konvenju Fuq Proprjetá Din Is-Sena

 Irreġistrat Aktar Minn 9,000 Konvenju Fuq Proprjetá Din Is-Sena

Din is-sena, minkejja l-intoppi li nqalgħu kawża tal-Covid-19, sa issa, ġew irreġistrati 9,448 konvenju fuq proprjetá.

Dan ħareġ minn mistoqsija Parlamentari li saret mid-Deputat Parlamentari Nazzjonalista Claudio Grech indirizzata lill-Ministru Edward Scicluna.

Mill-mistoqsija ħareġ li l-ogħla ammont ta’ konvenji fuq proprjetajiet saru fuq dawk li għandhom valur taħt il-€100,000. Dan hekk kif fis-sena 2020 saru 3,364 konvenju fuq proprjetajiet taħt dak il-valur.

Intant bejn il-valur ta’ €100,001 u l-€200,000 saru 2,603 konvenji, bejn €200,001 u €300,000 saru 1,824 konvenju, bejn €300,001 u €500,000 saru 1,074 konvenju, bejn €500,001 u €750,000 saru 298 konvenju, bejn €750,001 u €1,000,000 saru 129 konvenju, bejn €1,000,001 u €1,500,000 saru 76 konvenju, bejn €1,500,001 u €2,000,000 saru 40 konvenju, bejn €2,000,001 u €2,500,000 saru 13-il konvenju, bejn €3,000,001 u €4,000,000 saru 11-il konvenju u fuq proprjetajiet ta’ aktar minn €4,000,000 saru 16-il konvenju.

Dan il-valur hu kkalkulat saż-żmien li ġiet mressqa ‘l quddiem din il-mistoqsija Parlamentari fil-bidu ta’ Ottubru.

 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com