Isibu Aktar Velenu F’Zalzett Tal-Malti Għall-Klieb Tal-Kaċċa Fl-Aħrax Tal-Mellieħa

 Isibu Aktar Velenu F’Zalzett Tal-Malti Għall-Klieb Tal-Kaċċa Fl-Aħrax Tal-Mellieħa

Membri tal-Federazzjoni Kaċċaturi Konservazzjonisti (FKNK) għal darb’oħra sabu velenu mferrex fl-inħawi tal-Aħrax tal-Mellieħa fejn qed ikun allegat  li dan ġie mormi apposta biex jiġu vvelentati l-klieb tagħhom.

F’messaġġ li kitbu fuq Facebook, spjegaw kif b’xorti tajba rnexxilhom jevitaw traġedja meta laħqu fil-ħin biex il-klieb tal-kaċċa ma kielux żalżett tal-Malti vvelenat.

Spjegaw kif dan l-inċident isegwi dak ta’ nhar il-Ħadd meta nstab baskett mimli velenu tal-ġrieden imxerred fir-Riżerva tal-FKNK fil-Miżieb.

Huma qalu li l-iskop makabru għalfejn jitpoġġa dan il-velenu, huwa “attakk mimli mibegħda għall-kaċċaturi li jkunu bil-klieb tal-kaċċa tagħhom, li jistgħu faċilment jisfaw vittmi tal-velenu.”

Spjegaw kif filwaqt li l-FKNK se tgħin lil kull membru tagħha li jista’ jkun vittma ta’ dawn l-atti ta’ provokazzjoni, agressjoni u vandaliżmu, anke permezz tal-avukat tal-istess FKNK fejn ikun hemm bżonn, l-FKNK appellat għal protezzjoni mill-Gvern u mill-Pulizija fil-konfront tal-membri tagħha u tal-kaċċaturi u n-nassaba kollha Maltin u Għawdxin, kontra dawn u attakki kotardi oħra li seħħew f’dawn il-ġimgħat qabel ma jinqalaw aktar inċidenti li jista’ jkollhom konsegwenzi ħafna aktar serji.

 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com