“It-Tentazzjoni Sesswali Dejjem Ġriet Warajja!” – Qassis
Qassis li tkellem magħna u li għal raġunijiet ovvji ser inżommu l-identità tiegħu anonima, saħaq magħna kemm hu diffiċli li tkun saċerdot fid-dinja tal-lum.
Qalilna li mhux għax qabel le għaliex kull żmien fih l-isfidi tiegħu imma issa, dawn kibru iżjed minn qatt qabel. Raġuni minnhom hija l-midja soċjali.
“Malli tipprova toħloq account se ssib ħafna ritratti jtelfuk. Bla ma trid ħa tarahom. Mingħajr il-midja soċjali kont tevita. Imma nifhem ukoll li jien m’jien ħadd biex inwaqqaf il-progress”, tenna magħna.
Qalilna li għaliex hu m’għandux ikollu wkoll account fuq facebook jew instagram biex jużah għall-evanġelizzazzjoni la llum, dak huwa l-mod kif tmexxi l-ideat?!
Spjega wkoll li mhux darba jew tnejn sab min jittantah u anke jispiċċa jibagħtlu ritratt espliċiti biex jipprova jwaqqgħu.
Dan il-qassis xtaq jaqsam magħna u mal-pubbliku din l-esperjenza, “mhux biex jitħassruni, xejn affattu. Imma biex naħsbu u nitgħallmu wkoll ma niġġudikawx lil min ifettlilna bla ma niftakru li fid-dinja, mis-sema l’isfel kulħadd uman.”
Huwa punt tassew tajjeb li ma niġġudikawx. Imma kemm nafu kif?!
(Nota: Ir-ritratt m’għandu x’jaqsam xejn mal-persuna li semmejna. Intuża biss biex jispjega)