Jekk Għandek Minn Dawn, Int Sinjur. M’Hemmx Għalfejn Lussu… Corazon B’Tagħlima

 Jekk Għandek Minn Dawn, Int Sinjur. M’Hemmx Għalfejn Lussu… Corazon B’Tagħlima

F’messaġġ ħlejju u b’tagħlima, Corazon Mizzi, irrakkontat kif ta’ spiss ikellmuha nies li jaħsbu li huma fqar u li m’għandhom xejn.

Fil-messaġġ tagħha hi kitbet kif mhux l-ewwel darba li jmorru għandha nies li jkollhom dar li bnew huma, biżżejjed flus biex jgħinu lil uliedhom jibnu ħajja indipendenti, ikel bnin fuq il-mejda ta’ kuljum u l-ħin biex jippreparawh. Ikollhom saħansitra saħħa tajba li tippermettilhom li ta’ etá pjuttost avvanzata jibqgħu jaħdmu l-art u jagħmlu kollox waħedhom.

Spjegat kif l-istess nies ma jkunux lebsin ħwejjeġ tad-ditta u xagħarhom ma jkunx issetjat bl-eżat, iżda idejhom tkun ħarxa mix-xogħol tal-għelieqi.

Temmet billi kitbet li jgħidulha li m’humiex sinjuri, u li m’għandhom xejn.

F’messaġġ li tifhmu kif trid, Corazon xtaqet tgħaddi l-messaġġ tagħha li fil-ħajja għandna ħafna xorti li għandna nħossuna sinjuri. Sinjuri mhux biss materjalistikament, iżda sinjuri fis-saħħa, fl-imħabba u f’bosta affarijiet oħra li kieku nieqfu għal sekonda naħsbu nindunaw li għandna ħafna affarijiet aktar milli ħsibna.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com