Żgħir U Dħuli… Isajjar Tajjeb U Ċajtier – Le Petit Chef F’Malta. X’Qed Tistenna Biex Tiekol Minn Taħt Idejh?

 Żgħir U Dħuli… Isajjar Tajjeb U Ċajtier – Le Petit Chef F’Malta. X’Qed Tistenna Biex Tiekol Minn Taħt Idejh?

Kemm -il darba mortu tieklu f’ristoranti u tiddejjqu tistennew! Imma issa għandkom iċ-ċans tużaw il-ħin biex mhux talli tistennew biss l-ikel bnin, iżda talli tieħdu gost tiggustaw lill-iżgħar chef fid-dinja; Le Petit Chef.

Esperjenza mill-isbaħ f’post seren u bi staff tal-ġenn. Tiffany Lounge https://www.facebook.com/tiffanysmalta  flimkien ma’ Le Petit Chef qed joffru din l-ewwel esperjenza virtwali f’pajjiżna. Lestu ruħkom għal sagħtejn ta’ pjaċir u ikel fin saħansitra anke bid-deheb kif jidher fir-ritratt.

Is-sistema wżata hija 3D mapping technology fejn bejn platt u ieħor, l-iżgħar chef fid-dinja tarah iżurek fuq il-platt tiegħek u jippreparalek il-platt li jmiss.

Xi bawxata minn tiegħu ma tonqosx… imma gustuż wisq. Żgur li t-tfal ukoll jiġġennu jarawh… Ifhem, anke aħna l-kbar ngħoxew! Nammettu!

Ibbukkja issa u gawdi minn din l-esperjenza li tgħinek tirrilassa ftit mill-istress li d-dinja qed taffaċċja bħalissa. X’int tistenna? Dan huwa mument li toħloq memorja, iva fl-2020.

Għal aktar tagħrif ċemplu fuq 21 369 100 jew żuru https://lepetitchef.com/malta

Aħna minn StradaRjali.com morna u beħsiebna nerġgħu mmorru… Titilfux din l-opportunità!!!

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com