Jekk Taraw Lil Dan Iż-Żagħżugħ Irrapurtawh Lill-Pulizija

 Jekk Taraw Lil Dan Iż-Żagħżugħ Irrapurtawh Lill-Pulizija

Gruppi tar-residenti Beltin qegħdin jappellaw biex f’każ li xi ħadd jinnota lil dan iż-żagħżugħ fil-Belt jiġi rrapportat lill-Pulizija. Dan minħabba l-fatt li kienu bosta li bdew jinnotaw idur b’mod suspettuż madwar binjiet residenzjali.

Ir-residenti Beltin qalu li huwa importanti li kull min għandu aktar informazzjoni dwar din il-persuna jikkuntattja lill-Pulizija tal-Komunità fuq in-numru +79467901 permezz ta’ messaġġ u tirċievi telefonata lura. Jista’ jintuża wkoll l-email [email protected] jew telefon 22 943 101.

Ir-resident żiedu jgħidu li huwa importanti li jkunu ta’ spalla għal xulxin b’informazzjoni u rapporti meta jiltaqgħu ma’ sitwazzjonijiet simili.

Huma ħeġġu wkoll biex li bibien tal-komun jinżammu magħluqa sabiex jevitaw sitwazzjoni fejn persuni tista’ tispiċċa vittma ta’ kriminalità.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com