Jgħid Li Kien Fis-Sakra U Kien Qed Ifittex Il-Mobile U Mhux Jipprova Jabbuża Debba
Robert Omo ta’ 22 sena ċaħad li pprova jabbuża minn debba fi stalla li jinsab fix-Xewkija fejn spjega kif hu kien fis-sakra u kien qed ifittex il-mobile fl-istess żona.
Omo qed ikun akkużat li wettaq ħsarat fil-proprjetá tal-bidwi hekk kif ma jistax jiġi akkużat b’bestjalitá hekk kif f’Malta mhix illegali.
Il-każ seħħ lura fl-1 ta’ Ottubru meta l-bidwi qabad lil Omo jiġri wara debbba tiegħu bil-qalziet mniżżel u jsawwatha. Iż-żagħżugħ ġie arrestat ftit tal-ħin wara li ħarab ħdejn il-LIDL fir-Rabat Għawdex mill-bidwi stess fejn ftit wara waslu l-Pulizija u arrestawh.