Jikser ir-Rekord fil-Kategorija Ta’ Taħt is-16 il-sena

 Jikser ir-Rekord fil-Kategorija Ta’ Taħt is-16 il-sena

Nicholas Muscat, li għandu 15-il sena, irnexxielu jikser ir-rekord tal-irġiel ta’ taħt is-16 -il sena, meta lagħab serjè ta’ 740 fi tliet logħbiet fid-dixxiplina tal-bowling. Is-serje ta’ tliet logħbiet, li kienet ta’ 238-267-235 u ntlagħbet waqt il-league Nazzjonali, hija wkoll it-tielet l-ogħla serje ta’ taħt it-18 -il sena. B’dan il-punteġġ, Muscat irreġistra wkoll lilu nnifsu bħala l-aħjar plejer fl-ewwel divizjoni tal-ġimgħa. Muscat issa għandu l-ogħla medja ta’ 215 fil Mapfre MSV Life DIV 1, fejn qiegħed qabel bowlers aktar rinomati.

F’Gunju, Muscat u l- kowċ tieghu Mark Spiteri kienu tnizzlu wkoll fir-rekords nazzjonali fost l-aqwa għaxar timijiet tad-doubles, meta t-tim bl-isem ta’ Generation XYZ lagħbu logħba ta’ 536 (Spiteri 298 u Muscat 238) waqt ic-Cisk Lager Doubles League, organizzati mill-Eden Super Bowl.

Muscat huwa wieħed mill-atleti li ġew magħżula mill-Kumitati Olimpiku Malti  sabiex jibbenefika mill-Youth Athlete Support Scheme.

Ritratt: MTBA

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com