Għaliex Ħaddiema ‘On Ground’ Tal-Gozo Channel Ma Jilbsux Maskra?

 Għaliex Ħaddiema ‘On Ground’ Tal-Gozo Channel Ma Jilbsux Maskra?

Persuni li tkellmu magħna qalulna li ħaddiema tal-Gozo Channel li jiskenjaw il-biljetti fit-terminal qabel titla’ fuq il-vapur, biex tibda l-vjaġġ lura lejn Malta qed ikunu bla maskla.

Saħqu magħna li dawn imissu l-biljetti tan-nies fil-kju u f’xi ħin żgur li jmissu wiċċhom, li qed ikunu bla maskra. Għalkemm hemm minnhom li jħallulek il-biljett f’idek u jiskenjawh, xorta waħda jibqa’ l-fatt li mhux aċċettabbli li jkunu bla maskla.

Dwar dan nisħqu li għandu jkun hemm infurzar min-naħa tal-kumpanija tal-Gozo Channel fuq il-ħaddiema tagħha! Il-maskra hija obbligatorja għal kulħadd!

 

 

Ritratt: 89.7 Bay

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com