Jindarab Gravi F’Inċident Bil-Mutur Fl-Imġarr
Raġel ta’ 34 sena li joqgħod Ħaż-Żabbar indarab gravi wara li lbieraħ filgħaxija kien involut f’inċident bil-mutur fl-Imġarr.
L-inċident seħħ għall-ħabta tas-7.30 p.m. fi Triq Għajn Tuffieħa meta l-vittma tilef il-kontroll u waqa’ bil-mutur tal-għamla KTM 690SM.
Ir-raġel ittieħed l-isptar b’ambulanza u ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.