Jindarab Gravi Wara Li Ċeda T-Taraġ Bih f’Għawdex
Ingliż ta’ 55 sena u li joqgħod Kerċem, weġġa’ gravi f’inċident, f’Għawdex.
L-inċident seħħ għall-ħabta tal-ħdax u nofs ta’ filgħodu meta ntalbet l-għajnuna tal-Pulizija biex tassisti fi Triq il-Kavallieri, ix-Xlendi limiti tal-Munxar.
Mill-investigazzjonijiet preliminari rriżulta li r-raġel indarab waqt li kien nieżel it-taraġ u ċeda bih.
Membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivilli u tim mediku assistew lir-raġel u ttieħed l-
Isptar Ġenerali t’Għawdex għall-kura.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.