Jingħalqu Temporanjament Iċ-Ċentri Għall-Iskart Goff Wara Sejba Ta’ 5 Każijiet Ta’ Covid-19
Iċ-ċentru għall-iskart goff f’Malta kellhom jgħalqu l-bibien. Dan wara li nstab li kien hemm ħames każijiet ta’ Covid-19 fiċ-ċentru tal-iskart goff f’Ħal Luqa, b’għadd ta’ ħaddiema ntalbu jsegwu perjodu ta’ kwarantina bħala prekawzjoni.
L-ordni ħarġet mill-Wasteserv fejn spjegat kif iċ-ċentru ta’ Ħal Luqa kien ilu magħluq minn nhar is-Sibt wara li nstabu tliet każijiet, bil-każijiet issa telgħu għal ħamsa.
Qalet kif iċ-ċentru tal-Klus f’Għawdex jinsab miftuħ, filwaqt li se tkun qed tagħmel ħilitha biex is-servizz fiċ-ċentri l-oħra jerġa’ jiġi lura għan-normal.
Intant fost dawk li tkellmu, kien hemm is-Sindku tal-Mosta, Romilda B. Zarb, fejn iċċarat il-pożizzjoni tal-Kunsill Lokali b’rabta mal-ġbir tal-iskart il-goff.
Qalet kif il-Kunsill Lokali, bħal kwalunkwe Kunsill, kellu jsegwi d-direttivi li ngħataw u kif din il-miżura hija waħda temporanja sakemm il-Wasteserv terġa’ tħabbar li s-servizz reġa’ lura għan-normal.
Min ghandu appuntament diġà, ser jiġi kkuntattjat sabiex dan jigi transferit ghal gurnata ohra.
Kunsill mhux ser ikun qiegħed jiehu appuntamenti ġodda sakemm johrog avviż iehor, skużawna għal kull inkonvenjent.
Fost il-Kunsilli kien hemm ukoll tal-Mellieħa u tal-Qrendi fost oħrajn li ħarġu l-istess avviż.