Jinnominaw Lil Roberta Metsola Bħala Mrs. Mafia 2020
Attivisti kontra l-korruzzjoni u l-abbuż mid-drittijiet tal-bniedem fil-Bulgarija nnominaw lill-Membru Parlamentari Ewropew tal-Partit Nazzjonalista bħala Mrs. Mafia 2020.
L-istess attivisti nnominaw lill-ewroparlamentari Manfred Weber li fl-aħħar snin kellu kritika ħarxa għal Malta, bħala Mr Mafia 2020.
In-nomina ta’ Metsola għal dan it-titlu saret minn Dr Radosveta Vassileva, avukat Bulgara li hija meqjusa bħala l-vuċi kontra l-korruzzjoni fil-Bulgari u l-abbuż kontra d-drittijiet tal-bnedmin.
Hija qalet li l-MEP Roberta Metsola naqset milli tagħmel apoloġija għal emendi li sejħet bħala skandalużi li xi ħadd poġġielha f’ħalqha dwar ir-riżoluzzjoni fuq il-Bulgarija. Riżoluzzjoni li kienet titlob li jittieħdu passi fil-konfront tal-Bulgarija minħabba koruzzjoni lampanti fil-pajjiż.
Hija żiedet tħabbar li ċ-ċittadini Bulgari innominaw lil Metsola bħala Mrs Mafia 2020 u lil Manfred Weber bħala Mr Mafia 2020.
Dr Vassileva żiedet tgħid tinnota dawk li sejħet bħala double standards minn Roberta Metsola. Hija qalet li l-ġlieda għad-demokrazija qatt ma tista’ tkun waħda lokali. “Jekk tiġġieled għad-demokrazija bħala valur ewlieni f’Malta, għax ma tiġġilidx ukoll għad-demokrazija fil-Bulgarija? Wara kollox xi membri fl-PPE ivvotaw favur ir-reżoluzzjoni fuq il-Bulgarija.”
MEP Roberta Metsola did not apologize for the scandalous amendments someone put in her mouth re: resolution on #Bulgaria. #Bulgaria/n citizens have nominated her for Mrs. #Mafia 2020 along with Mr. Mafia 2020 – Manfred Weber. #Protests pic.twitter.com/w2GHYkG3rW
— Dr Radosveta Vassileva; #Ostavka (@radosveta_vass) October 13, 2020