Joseph Borg (Ġorġ Tad-Doughnuts) Jirringrazzja Lil Sħabu Li Kienu Nkwetati Għalih Wara Li Għamel Operazzjoni

Joseph Borg magħruf sew bħala Ġorġ tad-Doghnuts esprima l-gratitudni tiegħu lejn sħabu u l-ħaddiema ta’ Mater Dei wara li għamel operazzjoni u jidher li kollox mar sew.
Imiss li jkollu ftit ġranet ta’ mistrieħ u l-ħajja tkompli, tenna Joseph.
Kellu kumment ta’ apprezzament lejn Alla u lejn il-ħaddiema tad-‘day care’ fl-isptar Mater Dei kif ukoll lejn sħabu li kienu nkwetati u moħħhom fih.
Nawgurawlek fejqan ta’ malajr Joseph!
Ritratt: Facebook/ Joseph Borg