Kien Raġel Tal-Ħolm. Kienu Koppja Perfetta… Iżda X’Ġara ?

 Kien Raġel Tal-Ħolm. Kienu Koppja Perfetta… Iżda X’Ġara ?

Ftit tal-jiem ilu, Netflix beda’ juri dokumentarju bl-isem ta’ American Murder-The Family Next Door,b’filmati reali u esklussivi dwar l-istorja ta’ Shan’ann Cathryn Watts.  L-istorja li ġibdet l-interess ta’ miljuni ta’ persuni madwar id-dinja wara li matul il-lejl tat-13 t’Awwissu 2018, Shan’ann tqila b’tarbija ta’ ħmistax il-ġimgħa flimkien maż-żewġt ulieda bniet: Bella t’erba’ snin u Celeste ta’ tlett snin, ma derhux aktar.

Dan id-dokumentarju jeżamina l-ħajja tal-familja Watts qabel u wara l-għejbien. L-avvenimenti terribbli li segwew u fuq kollox l-akbar mistoqsijja ‘Min kien li qatel lil Shan’ann u t-tlett uliedha?’

Ritratt: The Mirror

Storja vera, li tħallik bla nifs! Iġġiegħlek tirrifletti u taħseb dwar ir-realtà kiefra li għaddiet minnha Shan’ann u l-familja tagħha. Realtà ta’ bosta oħrajn li għaddew minnha qabilha u li sfortunatament hija realtà li se tibqa’ magħna.

L-interess ta dan id-dokumentarju huwa kbir fost il-Maltin ukoll. Fil-fatt wieħed mill-aktar li qed isegwu bħalissa fuq Netflix.

StradaRjali.com iħeġġeġ likom sabiex taraw dan id-dokumentarju bit-tama li nitfgħu aktar dawl fuq il-kruha tal-vjolenza domestika. Vjolenza li tkun ġejja minn diversi fatturi u li tista’ tkun fatali.

Aħna nistgħu nagħmlu ħafna aktar sabiex insalvaw aktar vittmi. Iżda irridu nkunu kuraġġużi u lesti nagħmlu dak li jkun hemm bżonn biex insalvaw il-ħajjiet.

Azzjoni f’waqtha, taf issalva ħajja u familja. Lest li teħodha l-azzjoni jew se tibqa’ passiv u ċċassat quddiem l-abbuż? Lest li tgħeleb il-biża’ u tibqa’ tgħix bla ebda rimors fil-kuxjenza tiegħek ?

Qalbna tmur mal- familja ta’ Shan’ann Watts u familji oħra madwar id-dinja li għaddew minn storja traġika bħal din.

Ritratt Prinċipali: CNN

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com