Kont Ser Naqbeż Minn Fuq il-Bejt tas-Seminarju

 Kont Ser Naqbeż Minn Fuq il-Bejt tas-Seminarju

Illejla fil-programm Popolin li jixxandar fuq Television Malta tkellem Cristian Muscat, żagħżugħ li 10 snin ilu kien ġie mitlub li jieqaf mill-mixja tiegħu għas-saċerdozju.

F’intervista imqanqla Cristian stqarr mal-preżentatur Quinton Scerri li meta ġie mitlub sabiex iwaqqaf ħesrem l-esperjenza tiegħu fis-Seminarju, ma ra xejn għajr dalma sewda, tant li kien ser jikkommetti suwiċidju minn fuq il-bejt tas-Seminarju fir-Rabat. Cristian stqarr li dan kien mument ikraħ f’ħajtu li għalmu jħares ‘l quddiem u japprezza aktar lil Alla.

Fl-intervista Christian tkellem dwar bosta ġrajjiet oħra li għadda minnhom waqt li beda l-vjaġġ tiegħu għas-saċerdozju fejn tul din l-esperjenza fehem li din ma kinitx triqtu. Stqarr li dawk ta’ madwaru jaf bdew jarawħ bħala theddida għaliex hu seta’ jkun saċerdot modern. Fil-programm Popolin qajjem bosta argumenti oħra kontroversjali li jidher li Cristian stqarr fil-pubbliku għall-ewwel darba. Il-preżentatur kien dirett fil-mistoqsijiet fejn jidħlu ġibdiet sesswali, Cristian ma’ iddejjaq xejn jargumenta li hu diffiċli li saċerdot ma jkollux xi ġibda sesswali .

Ammetta li għandu rabja għal dan l-episodju li ġara f’ħajtu iżda konvint li bil-preżenza ta’ Alla f’ħajtu jista’ jibqa’ miexi ‘l quddiem.

Ritratt : Paġna ta’ Facebook – Popolin 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com