Koppja Spanjola Jinqabdu B’14KG Kannabis Fil-Bagalji Tagħhom
Koppja Spanjola nqabdu jġorru 14-il kilogramma kannabis fil-bagalji tagħhom.
Dan wara li saru tfittxijiet ta’ rutina fuq numru ta’ passiġġieri minn Sevilja minn uffiċjali tad-Dwana. L-istess uffiċjali ndunaw li kien hemm oġġetti suspettużi fil-bagalji tal-istess koppja fejn wara tfittxija rriżultat din is-sejba.
Jidher li mit-tfittxija ħareġ li kienu qed iġorru tlettax-il borża tal-plastik b’kollox. Sebgħa minnhom, li jiżnu 7.60kg, instabu f’bagalja waħda filwaqt li sitt boroż oħra li jiżnu 6.35 kg nstabu f’bagalja oħra.
Waqt tfittxija fuq persunthom, uffiċjali tad-dwana elevaw borża tal-plastik żgħira li fiha kien hemm sustanza bajda li rriżultat fil-pożittiv għall-kokaina.
Fl-istqarrija, id-Dwana stqarret li l-passiġġieri qed jiġu investigati u mistennija jitressqu l-Qorti fil-jiem li ġejjin.