L-ewwel Tmiem Il-Ġimgħa Mingħajr Bars u Alkoħol

Wara li mill-bieraħ daħlu fis-seħħ miżuri ġodda bil-għan li jitnaqqsu l-każijiet pożittivi ta’ Covid-19, dan se jkun l-ewwel tmiem il-ġimgħa bil-barsa u clubs magħluqin waqr li snack bars u kjosks mhux ser ikunu jistgħu jbiegħu alkoħol.
Dan seħħ bil-għan li b’kuntrarju għal dak li seħħ fl-aħħar ġimgħat fil-bajja ta’ San Ġorġ u postijiet oħra, ma jinġabrux mases kbar ta’ persuni flimkien jixorbu.
https://www.facebook.com/themaltapoliceforce/posts/3598520580231474
Fl-istess waqt mill-bieraħ daħlet fis-seħħ il-liġi li l-massimu ta’ persuni fi grupp f’postijiet pubbliċi issa huwa ta’ 6.
Dan waqt li baqħu fis-seħħ miżuri oħra li daħlu fis-seħħ fil-ġumgħat li għaddew, fosthom l-użu tal-maskra f’kull post pubbliku.
