Lura Fil-Qorti Dwar Serq Seba’ Xhur Wara Li Ħareġ Mill-Ħabs

 Lura Fil-Qorti Dwar Serq Seba’ Xhur Wara Li Ħareġ Mill-Ħabs

Raġel inżamm arrestat wara li wieġeb mhux ħati għal numru ta’ każijiet ta’ serq, seba’ xhur wara li ħareġ mill-ħabs.

Stefan Cutajar ta’ 36 sena minn Ħal Safi kien akkużat b’seba’ każijiet ta’ serq aggravat, każ ieħor ta’ attentat ta’ serq u li kkawża ħsarat fuq proprjetá ta’ ħaddieħor.

Is-serqiet, li seħħew fuq medda ta’ erba’ xhur, fejn kien jimmarka vetturi pparkjati f’Ħal Qormi, Ħal Luqa, Ħal Tarxien, f’Marsaskala u l-Marsa.

Cutajar, li ddikjara li m’għandux xogħol, instab ukoll fil-pussess ta’ oġġetti b’valur għoli li għalihom ma kellux raġuni kif irnexxieli jaffordja jkun fil-pussess tagħhom.

Il-Qorti ċaħdet it-talba għall-ħelsien mill-arrest hekk kif il-Qorti tenniet li l-akkużat kellu diversi opportunitajiet biex jinbidel.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com