Malta Taqbeż L-Elf Każ Ta’ Persuni Bil-Covid-19… Jinstabu 112 Oħra!

Tul dawn l-aħħar 24 siegħa ġew irreġistrati 112-il każ ġdid ta’ Covid-19 minn 2,481 test swabs li saru.
Fl-istess waqt fiequ 42 persuna mill-virus, bit-total ta’ persuni mfejqa jitla’ għal 3,106.
It-total ta’ każijiet attivi huwa ta’ 1,009, filwaqt li t-total ta’ każijiet mill-bidu tal-pandemija f’Malta huwa ta’ 4,160.