Mara Arrestata B’Rabta Ma’ Attentat Ta’ Serqa Ħames Snin Ilu

 Mara Arrestata B’Rabta Ma’ Attentat Ta’ Serqa Ħames Snin Ilu

Mara ta’ 27 sena qiegħda tinżamm arrestata wara li l-investigazzjonijiet mill-Iskwadra tar-Reati Maġġuri wasslu biex ġiet identifikata bħala s-suspettata ewlenija ta’ attentat ta’ serqa u feriment li seħħ ħames snin ilu.

Il-każ seħħ fil-15 ta’ April tal-2015, għall-ħabta tat-tmienja ta’ filgħaxija fi Triq Graham, Tas-Sliema.

Minn stħarriġ li sar irriżulta li waqt li familja kienu deħlin f’darhom, fil-komun daħlet persuna liebsa maskla u ppuntat sikkina fid-direzzjoni tagħhom.

L-allegat aggressur talab il-flus, bir-raġel jipprova jirreżisti, iżda sofra xi ġrieħi b’daqqiet ta’ sikkina.

L-investigazzjonijiet baqgħu għaddejjin u fl-aħħar sigħat ġiet arrestata l-mara.

Hija qiegħda tinżamm fil-lock-up tal-Pulizija fil-Kwartieri Ġenerali, il-Furjana, filwaqt li l-investigazzjonjiet għadhom għaddejjin

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com