Mara Tindarab Gravi Wara Li Ntlaqtet Minn Mutur F’San Ġiljan
Mara ta’ 26 sena mir-Rabat, indarbet gravi wara li ntlaqtet minn mutur San Ġiljan.
Il-każ seħħ għall-ħabta tas-sebgħa u kwart tal-bieraħ filgħaxja, xħin il-Pulizija intalbet tassisti fi Triq Ġorġ Borġ Olivier.
Mill-investigazzjonijiet preliminari rriżulta li mutur Kymco, li kien qiegħed jinstaq minn Ingliż ta’ 28 sena residenti l-Isla, laqat lill-vittma.
Il-mara ittieħdet l-isptar b’ambulanza u ġiet iċċertifikata li weġġgħet gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.