Meta Sfrondat Il-Ġiebja Ta’ Quddiem Il-knisja Taż-Żejtun…

 Meta Sfrondat Il-Ġiebja Ta’ Quddiem Il-knisja Taż-Żejtun…

Ritratt mill-passat ferm interessanti li tellgħet Katia Desira fuq facebook tagħha, juri meta kienet sfrondat il-ġiebja ta’ quddiem il-Knisja ta’ Santa Katarina fiż-Żejtun. Dan kien ġara fis-sena 1964.

Fuq informazzjoni ta’ Claude C. Camilleri, Katia semmiet lista ta’ ħwienet li kien hemm u li llum m’għadhomx jeżistu jew tbiddlu.

Fost l-oħrajn, l-ispiżerija ta ‘ Attard Bezzina, Ninu Seychel tal-gazzetti, Fortun bil-ħanut tat-tè u bil-pompi tal-petrol ta’ [ESSO] quddiemu, l-Ixkawx bil-ħanut tal-laħam, it-tabakkerija ta’ Ovidio, l-Għawdxi bil-ħanut tal-merċa, Ġiljan tal-patri bil-ħanut tal-laħam, Zanzu bil-ħanut tax-xorb u l-Gażżu bil-ħanut tat-tè u bil-pompi tal-petrol ta’ [Shell] quddiemu u Petrinu l-barbier.

Tissemma wkoll il-venda fost l-oħrajn u ħwienet oħra li l-memorja tagħhom tqanqal nostalġija lil bosta, speċjalment liż-Żwieten.

Ritratt: Facebook/ Katia Desira

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com