Meta Soċju Tal-MUSEUM Miet Mgħarraq…

 Meta Soċju Tal-MUSEUM Miet Mgħarraq…
Propju 72 sena ilu, bħal-lum iżda filgħaxija għall-ħabta tas-18.30 kien għereq luzzu li kien mgħobbi bin-nies fuqu.
Il-Każ kien ġara ħdejn Ħondoq ir-Rummien. Il-baħar kien salvaġġ… ried jibla’ l-art u r-riħ kien mil-lbiċ.
B’kollox kienu mietu 23 persuna; wieħed minnhom Leli Camilleri li kien soċju tal-MUSEUM fil-qasam taż-Żurrieq u li nzerta dakinhar kien mar jgħallem żagħżugħ ieħor Għawdxi kif ukoll biex jagħti xi ħaġa tal-flus fost ħwejjeġ oħra lil Dun Żaren Tonna li dak iż-żmien, kien għadu seminarista.
Il-Professur Pietru Pawl Saydon kien mexxa l-korteo tal-funeral tiegħu.
Tifkiriet mill-imgħoddi li mhux daqstant sbieħ. L-unika ħsieb tajjeb hu li jgħinna napprezzaw il-progress li sar u li dak li llum sar normali, jiġifieri taqsam bejn Malta u Għawdex, fl-imgħoddi seta’ kien diffiċli immens u anke fatali.
Ritratt: Arkivji Nazzjonali Ta’ Malta/ Kollezzjoni Tony Terribile
Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com