Mil-Lum: Jibdew Jingħataw Il-Multi Fil-Pubbliku

 Mil-Lum: Jibdew Jingħataw Il-Multi Fil-Pubbliku

Mil-lum bdew jingħataw il-multi ta’ €100 jekk tinqabad mingħajr maskra f’postijiet pubbliċi. Din il-maskra tista’ tinżel €50 jekk wieħed jagħżel li jħallas l-ammont dak il-ħin stess li tingħatalu.

Kienu bosta li tkellmu dwar kif diġá bdew jingħataw il-maskri minn qabel id-data mistennija, iżda dawk il-multi li ngħataw, ġew mogħtija lill-persuni li nqabdu mingħajr maskra f’postijiet pubbliċi fuq ġewwa u kif ukoll fi trasport pubbliku.

Dan hekk kif l-ilbies ta’ maskri ilu mandatorju kemm fuq ġewwa ta’ postijiet pubbliċi fosthom fi ħwienet u anke fit-trasport pubbliku.

L-awtoritajiet taw ġimgħa ċans ta’ perjodu tranżitorju sabiex in-nies jadattaw għall-ilbies tal-maskri anke fuq barra fil-pubbliku u għalekk għal din il-ġimgħa min inqabad mingħajr maskra miexi barra, dan ma ngħatax multa – bil-multi bdew jingħataw proprju mil-lum.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com