Min Huma Dawk Li Ser Jitħallew Ma Jilbsux Maskra?

 Min Huma Dawk Li Ser Jitħallew Ma Jilbsux Maskra?

Hekk kif minn nhar is-Sibt ser jibdew jingħataw multi ta’ €100 għal min jinqabad bla maskra, u €50 għal min iħallas fuq il-post, ftit huma dawk li huma skużati milli jilbsu maskra.

L-Awtoritá għas-Saħħa wissiet lil kulħadd biex hekk kif wieħed jirfes l-għatba ta’ barra, jilbes maskra. Dan mhux biss għall-aħjar ta’ saħħet ħaddieħor, imma anke għal saħħtu.

Dawk li huma skużati milli jilbsu maskra huma dawn;

  • Tfal li għandhom sa tliet snin
  • Persuni li għandhom problemi konjittivi, fiżikali, mentali jew respiratorji. Dan hekk kif isibuha diffiċli biex jittolleraw il-maskra, u dan b’mod iċċertifikat minn tabib liċenzjat, fejn f’kull każ iridu jġorru ċertifikat mediku magħhom biex b’hekk juru li għandhom raġuni valida għalfejn mhux qed jilbsu maskra.

Intant dawk li ma jaqgħux taħt dik il-kriterja jridu jilbsu l-maskra, kemm kif joħorġu mid-dar u huma u mexjin fit-triq, kif ukoll meta jidħlu fi ħwienet.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com