Kappell Jikxef Dnub Ta’ Ħames Snin Ilu

 Kappell Jikxef Dnub Ta’ Ħames Snin Ilu

Analiżi f’laboratorju tad-DNA fuq kappell ta’ mara li tħalla fuq xena ta’ hold-up li seħħ f’April ta’ ħames snin ilu wassal biex il-Pulizija ssib u tarresta lil Miriam Eleabed ta’ 27 sena mill-Gżira.

Fil-qorti, l-akkużata wieġbet mhux ħatja li kienet involuta f’dan l-attentat ta’ hold-up li kien sar minn koppja Serba u ta’ serqa oħra bl-armi fuq anzjana. Il-mara wieġbet mhux ħatja wkoll li żammet lill-vittmi kontra r-rieda tagħhom b’sikkina li kienet qed iġġorr fuqha bla liċenzja.

Il-Qorti laqgħet it-talba tad-difiża għall-ħelsien mill-arrest fuq depożitu ta’ mitt ewro u garanzija personali ta’ €10,000. Hija ġiet ordanata wkoll biex tissakkar f’darba bejn id-9.00 p.m. u s-7.00 a.m.

Ordnatilha wkoll biex tiffirma darbtejn fil-ġimgħa fl-għassa tal-pulizija.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com