Minkejja Li L-MUMN Qed Ittellef Bl-Azzjonijiet tagħha, 1,000 Persuna Ħadu T-Tilqima Llum
Fuq twitter, id-Deputat Prim Ministru u Ministru tas-Saħħa Chris Fearne ħabba li llum, ftit inqas minn 1,000 persuna ħadu t-tilqima tal-influwenza fiċ-ċentri tas-saħħa.
Fil-messagg tiegħu rringrazzja lil min għażel li jagħti s-servizz minkejja d-direttiva li nħarġet mill-MUMN li tista’ tkun ta’ detriment għas-saħħa ta’ persuni vulnerabbli.
Ftit inqas minn 1,000 persuna jieħdu t-tilqima tal-#influwenza fiċ-ċentri tas-saħħa llum, fl-ewwel ġurnata ta’ tilqim. Grazzi lil min għażel li jagħti servizz 🙏 pic.twitter.com/ckhXIBS7sF
— Chris Fearne (@chrisfearne) October 11, 2020
Ritratt: Twitter/ Chris Fearne