Nassab Jallega Li Ġie Attakkat Minn Koppja Barranija Waqt Li Kien Qed Jonsob

 Nassab Jallega Li Ġie Attakkat Minn Koppja Barranija Waqt Li Kien Qed Jonsob

Nassab Għawdxi qed jallega li ġie attakkat minn koppja barranija waqt li kien qed jonsob legali.

Qalet dan fi stqarrija l-Federazzjoni Kaċċaturi, Nassaba u Konservazzjonisti, l-FKNK, fi stqarrija fejn spjegat kif x’aktarx li l-koppja ħasbet li dan in-nassabb kien qed jonsob illegalment u r-raġel imbotta lin-nassab, tefgħu fl-art u beda jagħtih daqqiet bil-ponn.

L-FKNK qalet kif waqt li kien stordut fl-art, in-nassab spiċċa miżmum minn siequ mill-mara bir-raġel kompla jagħtih iżda kien kaċċatur li kien fiż-żona li rnexxielu jwaqqaf dan l-attakk.

Spjegat kif dan in-nassab huwa membru tagħha u spiċċa l-isptar minħabba ġrieħi li ġarrab fejn irrapporta l-każ mal-Pulizija.

Fi stqarrija oħra, BirdLife Malta kkundannat kull tip ta’ vjolenza fil-konfront tal-kaċċaturi u n-nassaba, u appellat biex jissaħħu l-liġijiet favur il-ħarsien tal-għasafar, il-kaċċa u l-insib illegali, kif ukoll kontra l-vjolenza.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com